Fenerbache u Galatasaray qed jissieltu bejniethom sabiex jakkwistaw lill-winger xellugi ta’ Juventus Filip Kostic. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u ma jinsabx fil-pjanijiet tal-kowċ Thiago Motta. Hu għalhekk li fl-erbat ijiem li ġejjin xi ħadd minn dawn iż-żewġ timijiet Torok se jippruvaw jakkwistawh u jsaħħu l-iskwadra tagħhom.
Kostic ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2022 u skorja tliet gowls f’66 partita.