Il-winger Serb Filip Kostic naqas milli jilħaq ftehim ma’ Al Ittihad sabiex temporanjament reġa’ spiċċa ma’ Juventus proprju ftit sigħat qabel intemm is-suq tat-trasferimenti.
Kostic, li għandu 31 sena, jaf li mhux se jkollu postu mal-Bianconeri u issa qed jikkunsidra offerti mingħand xi klabbs Torok peress li s-suq tat-trasferimenti jagħlaq fit-13 ta’ Settembru.
Fil-passat, Kostic lagħab ukoll ma’ Radnicki, Groningen, Stuttgart, Hamburg u Eintracht Frankfurt.