Joshua James Morilla, Filippin ta’ 27 sena ġie mmultat €233 wara li ammetta fil-Qorti li fil-bagalja tiegħu kellu munizzjoni, fil-forma ta’ ‘bullet’.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjega li r-raġel ġarr il-bullett miegħu minħabba li f’pajjiżu hi kkunsidrata bħala xi ħaġa li ġġib ix-xorti.
Hu nqabad wara li kien sejjer lejn il-Filippini biex jiżżewweġ u wara kellu jirritorna lejn Malta biex isib impjieg.