Thursday, October 10, 2024

Filippin jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel Filippin ta’ 47 sena sofra ġrieħi wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien ntlaqat minn karozza tal-għamla Hyundai i10, misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti Pembroke.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ssejħet ambulanza sabiex seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport