Sunday, December 22, 2024

Filippin jindarab gravi wara li safa aggredit fl-Imsida

Aqra wkoll

Filippin kellu jiddaħħal l-Isptar wara ġrieħi li sofra f’argument li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 a.m fix-Xatt ta’ Xbiex fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li grupp ta’ persuni mhux magħrufa qajmu argument u aggredew Filippin ta’ 38 sena residenti l-Mosta.

L-aggressuri laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel midrub sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri filwaqt li għaddejja investigazzjoni b’rabta mal-każ.

Ekonomija

Sport