Monday, July 28, 2025

Filippina tibda għaddejja ġuri akkużata bil-qtil tas-sieħeb tagħha

Aqra wkoll

Filippina ta’ 48 sena li kienet tgħix il-Mellieħa bdiet għaddejja ġuri akkużata li fl-2021 qatlet lis-sieħeb tagħha fl-appartament tagħhom fil-Mellieħa. 

Mayumi Santos Patacsil tinsab akkużata li qatlet lis-sieħeb tagħha b’daqqiet ta’ sikkina fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Lulju 2021.

Patacasil qed tiġi akkużata wkoll li waqt li wettqet l-istess reat, allegatament din ippruvat tħanxar għonq is-sieħeb. Ġie spjegat li t-Taqsima tal-Pulizija li tieħu ħsieb il-każijiet ta’ vjolenza domestika kienet irċeviet rapport mingħand Mayumi, fejn mal-Pulizija qalet li kienet spiċċat vittma ta’ vjolenza domestika. 

Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu l-katavru tar-raġel imgeżwer f’kutra u kien hawn li bdiet l-investigazzjoni dwar il-qtil.

Il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera bl-Avukati Etienne Savona u Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu l-prosekuzzjoni waqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jiddefendi lill-mara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport