Jidher li l-eks attakkant ta’ AC Milan, Atalanta u Juventus Filippo Inzaghi se jkun qed jingħaqad bħala kowċ ma’ Palermo. Rapporti f’diversi gazzetti Taljani qed jgħidu li hu mhux se jkompli mal-klabb attwali tiegħu Pisa u għalhekk għad hemm xi affarijiet pendenti li jridu jinħelsu.
Hekk kif ilbieraħ Filippo kien qed jattendi għall-finali tal-UEFA Champions League bejn Inter u Paris St Germain bħala appoġġ għal ħuh Simone, wieħed irid jara x’se tkun il-mossa li jmiss għalih.
Filippo Inzaghi mexxa diversi timijiet fosthom Benevento, Milan, Venezia, Bologna, Brescia, Reggina u Salernitana.