Sunday, September 8, 2024

Filippo Inzaghi qed jissemma’ bħala coach ta’ Besiktas

Aqra wkoll

Besiktas qed ifittxu coach wara li neħħew lil Riza Calimbay mill-kariga. Għalkemm fil-jiem li għaddew issemma’ Ole Gunnar Solskjaer li seta’ jmexxi lit-tim, issa feġġ isem ieħor u dan hu t-Taljan, Filippo Inzaghi. Dan tal-aħħar bħalissa jinsab ma’ Salernitana fejn l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb.

Id-diriġenti ta’ Besiktas lesti li jistennew anke sal-bidu tas-sajf li ġej meta bħalissa għandhom lil Serdar Topratkebe bħala coach temporanju li probabbilment se jkun qed imexxi lit-team sa Ġunju.

Ekonomija

Sport