Thursday, March 28, 2024

Film b’potenzjal li jkun innominat għall-Oscar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sena d-dieħa, l-Oscars huma mistennija li jingħataw imma sar ħafna tibdil b’riżulat tal-pandemija li ħarbtet l-iskeda tal-films li kellhom joħorġu għall-wiri di is-sena.

L-ewwelnett, iċ-ċeremonja tal-Oscars mhux ser issir kif kien ippjanat ft-28 ta’ Frar imma fil-25 ta’ April.  Fl-istorja tal-Oscars, din hi r-raba’ darba li sar posponiment tad-data oriġinali.  Fl-1938, l-Oscars saru ġimgħa wara li kien ippjanat minħabba l-għargħar li kien hemm f’Los Angeles.  Fl-1968, saru jumejn wara b’rispett, wara li nqatel Martin Luther King Jr.  L-aħħar darba li ċ-ċeremonja kelha d-data mibdula kien fl-1981.  Saret 24 siegħa wara minħabba l-attentat li sar fuq il-ħajja tal-President Ronald Reagan.  Il-posponiment ta’ din is-sena ta’ 55 jum għalhekk hu wieħed rekord.  

Kif saret tradizzjonali, huwa ml-ħarifa li jibdew ħerġin l-films li jibdew jissemmgħu li għandhom potenzjal li jkunu nnominati għall-Oscars.  Hemm “Nomadland” li għadu kif rebaħ il-Festival ta’ Venezja.  Film ieħor li qed jissemma’ ukoll hu “The Trial of the Chicago 7”.  Dan hu wieħed mill-aħjar legal dramas li rajna f’bosta snin.  Kif jixhed l-isem, dan sejjer ifakkarna f’avveniment li seħħ fis-snin sittin ġewwa Chicago.  

Is-snin sittin kienu snin partikolari f’bosta pajjiżi.  Ġewwa l-Istati Uniti kienu qed isiru bosta protesti kontra s-sehem Amerikan fil-gwerra tal-Vjetnam.

“The Trial of the Chicago 7” jirnexxilu jkun awtentitiku.  Għandu nterpritazzjonijiet tajba minn bosta atturi, fosthom minn Sacha Baron Cohen u Eddie Redmayne u direzzjoni mpekkabbli minn Alan Sorkin.  

Dan id-direttur jerġa joħloq il-ġuri nfami ta’ sebgħa rġiel li kienu protagonisti waqt protesta kontra l-gwerra tal-Vjetnam.  Dawn is-sebgħa  sfaw akkużati li xewxu u inċitaw irvell vjolenti waqt il-konvenzjoni nazzjonali tal-Partit Demokratiku li kienet qegħda titlaqqa’ f’Chicago lejn l-aħħar ta’ Awwissu 1968.

Il-ġuri kien beda fl-24 ta’ Settembru 1969 u kien dam għaddej kważi sitt xhur.  Ħafna jipparagunaw dan il-ġuri ma xi teatru tal-assurd, fejn fuq naħa kellek akkużati bi twemmin xellugi u radikali u fuq in-naħa, l-oħra, il-prosekuzzjoni b’nies li jridu jiddefendu l-establishment akkost ta’ kollox.

Dan kollu jiġri minkejja li l-avukat ġenerali John Mitchell (John Doman), jibgħat għall-proskuturi Richard Schultz (Joseph Gordon-Levitt) u Thomas Foran (J.C. Mackenzie) u jgħidilhom li minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, ħadd mid-dimostrnti ma’ kiser xi liġi federali.   Anzi, l-investigazzjni magħmula uriet li kienu l-pulizija li kissru l-liġi.  Minkejja dawn il-konklużjonijiet, huma riedu li l-akkużati jinstabu ħatja.  Kien ġuri vvizzjat, jew kif Abbie Hoffman ipoġġiha, kien ġuri politiku.

Sacha Baron Cohen għandu l-parti ta’ Abbie Hoffman, li jista’ jitqies li kien ir-ringleader.  L-attitudni tiegħu fl-awla kienet li jirredikola l-ġuri.  B’saħħitha ukoll l-interpritazjoni ta’ Eddie Redmayne fil-parti ta’ Tom Hayden.  Dan ikun speċi r-ruħ morali ta’ dawn is-sebgħa.  Hemm xena mportanti fil-film fejn hemm konfront bejn Abbie u Tom, għax Tom ma jridx jwaqqa’ dan il-ġuri għaċ-ċajt meta qed jirriskjaw jispiċċaw il-ħabs.  Hayden sa jasal jikkundanna lil Abbie li fil-fond ta’ qalbu irid li l-gwerra tal-Vjetnam tkompli, li allura jmur kontra l-ikop tal-protesta li kienu wettqu. 

Il-ġuri kien sa ċertu punt farsa, imma fl-istess ħin kien battalja dwar il-libertá ta kif wieħed jista’ jesprimu ruħu ġewwa l-Amerika.  Aaron Sorkin istruttura “The Trial of the Chicago 7” b’mod inġenjuż, fejn mhux ma tema waħda biss jaqbad.  Huwa film li jistaqsi dwar liema direzzjoni qed tieħu r-ruħ tad-demokrazija Amerikana.  Bla ma trid iollok tagħmel il-paragun bejn il-protesti f’Chicago tal-1968 u l-protesti riċenti ta’ Black Lives Matter.  Huwa ħażin meta s-soċjetá tibda tħares lejn iċ-ċittadini tagħha li huma perikolużi meta jitkellmu b’mod miftuħ.  Naħseb li l-messaġġ aħħari ta’ Sorkin hu, li dawk li pprotestaw ma kienux qed jheddu lill-Amerika; anzi kienu qed jiddefenduha.

Ekonomija

Sport