Ajruplan tal-linja tal-ajru Pakistan International Airlines li kien fuq titjira minn Lahore lejn Karachi iġġarraf viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Jinnah.
Il-midja lokali qed tirrapporta li l-ajruplan iġġarraf hekk kif l-ajruplan kien qed jipprepara biex jagħmel l-inżul tiegħu fl-ajruport.
Abbord kien hemm aktar minn 99 passiġġier, u tmien membri tal-ekwipaġġ.
Minkejja li ma kien hemm l-ebda konferma dwar in-numru tal-vittmi, huwa maħsub li ħadd ma salva f’dan l-inċident.
Xhieda qalu li l-ajruplan tat-tip Airbus A320 deher jipprova jinżel darbtejn jew tliet darbiet qabel ma’ ġġarraf f’żona residenzjali viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Jinnah.