Il-Pulizija arrestaw lil raġel barrani wara li ntlemaħ jixxabbat fuq saqaf ta’ trejler li kien se jaqbad it-traġitt lejn Sqallija.
Allegatament ir-raġel ried li jaħrab illegalment minn Malta lejn Sqallija.
Uffiċjali tal-Pulizija b’mod immedjat iċċirkondaw lit-trejler u arrestaw lir-raġel.
Dan mhuwiex każ iżolat, hekk kif il-ġimgħa li għaddiet raġel ieħor inqabad mill-pulizija jistaħba taħt trejlet hekk kif kien dan kien fi triqtu biex jirkeb il-katamaran lejn Sqallija. Dakinhar ir-raġel – ta’ 24 sena mis-Sudan – tressaq il-Qorti taħt arrest, u kien ingħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija.