Saturday, November 23, 2024

FILMAT “B’miraklu t’Alla rnexxieli noħroġ mill-Isptar wara tliet ġimgħat u nofs mill-inċident gravi li kelli”

Aqra wkoll

“B’miraklu t’Alla rnexxieli noħroġ mill-Isptar wara tliet ġimgħat u nofs mill-inċident gravi li kelli.” Hekk qal Matteo Grima, iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena li nhar l-24 ta’ April spiċċa jissielet għal ħajtu wara li ttajjar fir-Rabat.

F’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali Matteo rringrazzja lit-tobba u l-infermieri tal-Isptar Mater Dei tal-kura u l-assitenza li pprovdewlu, u lill-qrabatu u lill-ħbieb tiegħu talli tawh il-kuraġġ li tant kellu bżonn biex ikompli jirkupra.

Fil-filmat Matteo saħaq li ma jiftakar xejn mill-inċident.

Filwaqt li saħaq li saħħtu dejjem aktar miexja ’l quddiem, huwa wera t-tama li jirnexxilu jirkupra l-istudji li kellu jitlef minħabba dan l-inċident.

Sport