Saturday, November 23, 2024

FILMAT: Frontliner Brittanika terġa’ tara lil uliedha wara disa’ ġimgħat tiġġieled il-pandemija

Aqra wkoll

Dan il-filmat juri l-mument emozzjonali meta infermiera Brittanika terġa’ tingħaqad mill-ġdid ma’ wliedha wara li qattgħet aktar minn xahrejn ’il bogħod minnhom biex tkun tista’ tipprovdi kura lil pazjenti infettati bil-Covid-19.

Suzanne Vaughan, ta’ 43 sena minn Norfolk u li taħdem fl-Isptar ta’ Queen Elizabeth, ħadet id-deċiżjoni diffiċli li tinfired minn maż-żewġ uliedha għal tul ta’ żmien biex tkun tista’ tibqa’ tmur għax-xogħol u fl-istess ħin tħares is-saħħa tal-għeżież tagħha.

Għal dawn l-aħħar disa’ ġimgħat hija kienet assenjata fit-Taqsima tal-Kura Intensica, u t-Taqsima ta’ Emerġenza tal-Covid fi ħdan l-istess sptar.

YouTube video

L-aħħar darba li rat lil uliedha kien nhar it-28 ta’ Marzu li għadda, bil-bniet għald awn l-aħħar ġimgħat jgħixu għand zijiethom.

“Poġġejt ix-xogħol l-ewwel għal dawn l-aħħar disa’ ġimgħat,” saħqet Suzanne. “Iżda issa naħseb li wasal iż-żmien li wliedi jerġgħu jieħdu l-attenzjoni kollha tiegħi.”

Sport