Saturday, November 23, 2024

FILMAT: “Għaliex il-Pulizija li qatel lil George Floyd mhuwiex il-ħabs?”; Is-Sindku ta’ Minneapolis juri l-għadab tiegħu

Aqra wkoll

YouTube video

Is-Sindku ta’ Minneapolis talab biex il-Pulizija li deher fuq filmat jistrieh b’irkopptu fuq għonq raġel ta’ karnaġġjon skur li kien arrestat ftit tal-ħin qabel jiġi arrestat u mixli bi qtil. Dan wara r-rabja tal-komunità hekk kif fil-filmat li beda jiċċirkola fuq l-internet, ir-raġel arrestat instema’ jgħid li ma setax jieħu nifs, u miet aktar tard waqt li kien fil-kustodja tal-Pulizija.

Abbażi tal-filmat, is-Sindku Jacob Frey qal li l-uffiċjal tal-Pulizija Derek Chauvin għandu jiġi mixli dwar il-mewt ta’ George Floyd.

Fil-filmat li nġibed minn persuna li inzertat kienet għaddejja mit-triq, Floyd jinstema’ jieħu nifs b’diffikultà kbira waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija inkwistjoni b’wiċċu mal-art. L-uffiċjal baqa’ jżomm irkopptu fuq għonq Floyd għal mill-inqas tmien minuti, anke wara li r-raġel kien waqaf jiċċaqlaq jew jitkellem.

Intant f’kumment li għadda lbieraħ, Frey qal li “matul dawn l-aħħar 36 siegħa qgħadt nimponi mistoqsija lili nnifsi: Għaliex ir-raġel li qatel lil George floyd mhuwiex il-ħabs?”

Aktar tard huwa qal: “Ma rajt l-ebda forma ta’ theddida minn Floyd. Ma rajt xejn li kien jindika l-ħtieġa li tali forza kienet neċessarja.”

Sport