Saturday, November 23, 2024

FILMAT: Il-Gvern Libjan jaħtaf l-aħħar fortizza taħt il-kontroll ta’ Haftar

Aqra wkoll

Il-forzi li qed jiġġieldu għall-Gvern Libjan appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti qal li llum daħal fil-belt ta’ Tarhuna, l-aħħar fortizza taħt il-kontroll tal-kmandant Khalifa Haftar, u ħelsu lill-belt ftit wara.

Kelliema militari għall-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali qalu li l-qawwiet tagħhom kienu laħqu ċ-ċentru tal-belt minn erba’ punti differenti.

Il-qawwiet immexxijin minn Haftar ma ħarġu l-ebda stqarrija fir-rigward ta’ dan l-iżvilupp f’Tarhuna. Ilbieraħ il-Gvern ta’ għaqda Nazzjonali qal li kien reġa’ ħa l-kontroll totali tal-kapitali amministrattiva, Tripli, mingħand il-qawwiet ta’ Haftar.

Il-milizja ta’ Haftar ikkonfermaw li huma kienu rtiraw mill-kapitali.

Mijiet ta’ Libjani niżlu fit-toroq biex jiċċelebraw ir-rebħa tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali.

Sport