Hekk kif illum bosta rħula jiċċelebraw il-festa tar-raħal jew belt tagħhom, il-Marsa ċċelebrat il-Festa tas-Santissima Trinità b’differenza. L-iżvolġiment tal-festi tradizzjonali, bil-marċi brijużi, din is-sena ġie sospiż biex jiġi evitat l-imxija tal-virus tal-Covid-19.
Madankollu l-marċ fil-Marsa żvolġa xorta, bil-banda xxandar diversi marċi permezz tal-internet.