Saturday, November 23, 2024

FILMAT: L-Imġarr jibki l-mewt ta’ Michelle Curmi

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum żvolġa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr żvolġa l-funeral ta’ Michelle Curmi, il-mara ta’ 32 sena residenti l-Imtarfa li mietet wara jiem tissielet għal ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-mara kienet sofriet ġrieħi serji wara fl-inċident li seħħ nhar is-17 ta’ Mejju li għadda, filwaqt li kienet riekba bħala passiġġiera fuq mutur tat-tip Harley Davidson. Fl-inċident kienet involuta vettura oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Intant f’messaġġ kommoventi li kiteb fuq il-midja soċjali, is-sieħeb ta’ Michelle qal li huwa qatt ma kien se jinsiha. 

“Konna qed nippjanaw il-futur tagħna flimkien u l-jum meta konna se nibnu familja. Iżda dan it-traġedja bidlitilna ħajjitna għal dejjem,” jgħid il-messaġġ. “Meta mitt, nofsi spiċċat miegħek. Diffiċli ħafna li ngħix mingħajrek.”

Sport