F’din is-sena partikolari li offriet sfidi kbar għal kulħadd f’kull qasam tas-soċjetà, għal oħrajn serviet biex inħolqu oportunitajiet ġodda.
Sforz l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa, primarjament f’dik li hija distanza soċjali u fiżika, ir-residenti ta’ Triq Mosè Gatt f’Birkirkara, ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħolqu diversi attivitajiet fit-triq tagħhom bħal kuncerti żgħar fejn ir-residenti isegwu u jipparteċipaw mill-gallariji tagħhom kif ukoll armar tal-istess triq.
Għal matul dawn iż-żminijiet ta’ bħalissa, ma jonqosx ukoll isir xi ħaġa relata, b’mod speċjali għat-tfal. Proprju bħalissa, fuq inizjattiva ta’ wieħed mir-residenti, tqassmu rigali lil 18-il tifel u tifla residenti fl-istess triq ta’ Santa Klaws.

Minkejja li qed jitħarsu l-miżuri kollha obbligati mill-awtoritajiet tas-saħħa, it-tfal ma jonqosx li jidhru ferħana hekk kif qed jirċievu rigal mill-idolu tagħhom għal żmien il-Milied. “Ħloqna atmosfera minħabba l-fatt li ma nistgħux noħorġu mid-dar u b’hekk qed ingawdu l-Milied b’differenza minn ġewwa djarna,” temm jgħidilna dan ir-resident li ħareġ b’din l-inizjattiva.
