Splużjoni kbira heżżet il-belt ta’ Zarqa fil-Ġordan, b’kelliemi għall-Gvern jgħid li l-isplużjoni f’depot fejn jinħażen il-munizzjon tkun ikkawżata minn short circuit elettriku.
Amjad Adaileh qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet statali Petra li l-isplużjoni seħħet f’maħżen li fih kien hemm bombi mhumiex użati. Żied jgħid li l-maħżen jinsab f’żona iżolata minn residenzi, u ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fatalitajiet f’dan l-inċident.
Fuq il-midja soċjali ġew ippubblikati diversi filmati tal-isplużjoni.