Saturday, December 21, 2024

FILMAT: Terremot qawwi fit-Turkija u l-Greċja jikkaġuna mwiet, ħerba u għargħar

Aqra wkoll

Mill-inqas 20 persuna mietu u mijiet oħrajn indarbu wara li terremot qawwi heżżeż iż-żona tal-Baħar Eġew bejn il-kosta tat-Turkija u l-gżira Griega ta’ Samos.

It-terremot wassal biex iġġarrfu diversi binjiet fil-belt ta’ Izmir li tinsab mal-kosta tat-Turkija. Saħansitra l-midja lokali rrapportat li d-distrett ta’ Seferihisar intlaqat minn tsunami żgħir.

Mill-inqas 20 persuna mietu, fosthom wieħed li miet mgħarraq, b’aktar minn 700 jindarbu kaġun tat-terremot.

L-awtoritajiet Torok qalu li kien hemm 244 aftershock wara t-theżżiża prinċipali, b’erbgħa minnhom jirreġistraw qawwa ta’ aktar minn 4 fuq l-Iskala Richter.

Filmati li kienu ppubblikati fuq Twitter juru l-mument tal-għargħar ikkaġunat mit-terremot.

Ismail Yetiskin, is-Sindku ta’ Seferihisar qal li l-livelli tal-baħar għolew kaġun tat-terremot.

Fil-Gżira ta’ Samos, fejn inħarġet twissija kontra tsunami, żewġ żgħażagħ mietu wara li ntlaqtu minn tiġrif wara li waqa’ ħajt.

L-epiċentru tat-terremot kien fil-Baħar Eġew f’fond ta’ 16.5 kilometri u kien irreġistrat li kellu saħħa ta’ 6.6 fuq l-Iskala Richter.

Ekonomija

Sport