Sunday, December 22, 2024

FILMATI: Mill-inqas 7 persuni mejtin f’attakki terroristiċi fi Vjenna

Aqra wkoll

Attakki kordinat f’diversi siti twettqu llejla fiċ-ċentru ta’ Vjenna, fosthom f’sinagoga u l-uffiċini tal-komunità tal-Lhud, li ħallew mill-inqas seba’ persuni mejtin. L-attakki wasslu biex tkun imnedija operazzjoni kbira tal-Pulizija.

Il-Ministru għall-Intern tal-Awstrija Karl Nehammer qal li l-inċidenti aktarx li huma attakki terroristiċi.

Is-sit tal-aħbarijiet Kurier qal li mill-inqas wieħed mill-vittmi huwa uffiċjal tal-pulizija. Is-sit żied jirrapporta li erna’ persuni oħrajn jinsabu fil-periklu tal-mewt kaġun tal-ġrieħi li sofrew.

Intant l-awtoritajiet Awstrijaki huma tal-fehma li wħud mill-persuni li wettqu l-attakk għadhom iduru fil-belt.

L-aġenzija tal-aħbarijiet APA kkwotat lill-Ministeru għall-Intern jgħid li wieħed mit-terroristi nqatel, filwaqt li ieħor jista’ jkun li għadu maħrub. Rapporti oħrajn intant qed jgħidu li mill-inqas erba’ terroristi ġew arrestati mill-pulizija.

Rapporti oħrajn mhux konfermati qalu li kien hemm sitwazzjoni ta’ ostaġġi fis-sitt jew seba’ distrett tal-belt.

Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru lit-terroristi jisparaw diversi tiri ta’ armi tan-nar. F’wieħed mill-filmati wieħed mit-terroristi jinstema’ jgħajjat “Allahu Akbar”.

Ekonomija

Sport