Friday, December 20, 2024

Filmati ta’ nisa Spanjoli jagħmlu l-awrina fit-triq meqjusa “mhux kriminali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Imħallef Spanjol ħasad grupp favur id-drittijiet tan-nisa wara li warrab il-każ b’rabta ma’ nisa li kienu nġibdulhom filmati bil-moħbi waqt li kienu qegħdin jagħmlu l-awrina fil-pubbliku u spiċċaw inxterdu fuq siti pornografiċi.

Fil-filmati jidhru madwar 80 tfajliet u nisa li kienu qegħdin jagħmlu l-awrina fit-triq minħabba nuqqas ta’ faċilitajiet waqt festival.

Il-kameras kienu moħbijin u l-attività kienet l-festival A Maruxaina f’Cervo. Agħar minn hekk, fil-maġġoranza tal-filmati jidhru close-ups tal-uċuħ u l-partijiet intimi tagħhom. Dawn il-filmati spiċċaw fuq siti pornografiċi u uħud minnhom saħansitra jirrikjedu ħlas biex tarahom.

Meta raw dan; madwar sena ilu, bosta minn dawk affettwati ħadu azzjoni legali u sostnew li dawn il-filmati kellhom jiġu investigati minħabba ksur tad-dritt tal-intimità.

L-Imħallef Pablo Muñoz Vázquez min-naħa tiegħu kien warrab il-każ u b’hekk kien sar appell mill-assoċjazzjoni favur l-ugwaljanza tan-nisa.

L-istess Imħallef, mill-ġdid reġa’ kkonferma dik id-deċiżjoni u qal li ma jħossx li għandu jipproċedi minħabba li l-filmati nġibdu f’post pubbliku u b’hekk ma jistgħux jitqiesu bħala att kriminali.

Ekonomija

Sport