Ftit tal-ħin ieħor, għall-ħabta tan-12:30, il-Professur u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se tkun qed twassal l-aħħar żviluppi dwar l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna.
Wieħed jista’ jsegwi l-konferenza tal-aħbarijiet dirett minn fuq dan is-sit.
Intant ftit tal-minuti ilu għadha kemm tħabbret l-aħbar li anzjan ta’ 84 sena li lbieraħ iddaħħal l-Isptar Mater Dei fejn ittestja pożittiv għall-coronavirus, miet kaġun tal-istess virus. Dan l-anzjan huwa t-tielet vittma u fatalità tal-coronavirus