Sunday, October 27, 2024

Fin-Niġer sindku u x-xufier tiegħu arrestati wara sejba ta’ 200kg kokaina fil-karozza li kienu fiha

Aqra wkoll

Ġewwa n-Niġer, sindku u x-xufier tiegħu ġew arrestati wara li fil-vettura li kienu fiha nstabu xejn inqas minn 200kg ta’ droga kokaina imqassma f’199 blokka. L-arrest sar fid-deżert fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Iż-żewġ suspettati, li l-isem tagħhom ma ġiex ippubblikat, allegatament kienu qed jittrasportaw id-droga lejn il-Libja wara li din iddaħħlet mill-Mali. 

Il-pulizija tan-Niġer qalu li f’dawn l-aħħar xhur kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ droga li qiegħda tinqabad f’din il-parti tal-pajjiż. Hu mifhum li din ir-rotta ma tintużax biss biex isir it-traffikar ġewwa l-Afrika iżda anke fl-Ewropa u l-Amerika t’Isfel. 

Sport