Daniż ta’ 37 sena huwa s-suspettat li qatel ħames persuni wara li spara fuqhom bil-qaws fil-belt Norveġiża ta’ Kongsberg.
Żewġ persuni, inkluż uffiċjal tal-pulizija off-duty, ġew midruba fl-attakki tal-bieraħ filgħaxija, li rapporti internazzjonali qalu li dawn seħħew f’postijiet differenti fil-belt.
Il-pulizija temmen li s-suspettat aġixxa waħdu, u se jinvestigaw jekk kienx att ta’ terroriżmu. Huwa ġie arrestat nofs siegħa wara li seħħ l-attakk.
Diversi mill-attakki twettqu b’qaws u vleġġa, għalkemm il-pulizija kienu qed jinvestigaw ukoll jekk intużawx armi oħra.
Huwa mifhum li r-raġel beda jispara bil-qaws f’supermarket.