Saturday, December 21, 2024

Finali fl-Arġentina tintemm kmieni wara li jitkeċċew 10 players

Aqra wkoll

Xejn inqas minn għaxar players tkeċċew hekk kif Racing Club rebħu l-finali taċ-Champions Trophy li ntemmet kmieni minħabba li Boca Juniors kellhom biss sitt players fil-ground.

B’kollox tkeċċew seba’ players ta’ Boca, fosthom tnejn minn fuq il-bank, b’Racing ikunu qed igawdu l-vantaġġ ta’ 2-1 meta l-logħba twaqqfet.

Ir-regoli jgħidu li partita ma tistax tkompli jekk team ikollu inqas minn seba’ players.

Il-goal rebbieħ ta’ Carlos Alcaraz, fil-118-il minuta, kien il-qofol għall-akbar inċident f’finali ta’ kull xorta madwar id-dinja meta mar  jiċċelebra quddiem il-partitarji ta’ Boca.

Wara din il-mossa, il-players ta’ Boca attakkawh, qabduh minn widnejh u tefgħulu l-ballun.

F’dik il-ġlieda li nqalgħet, ir-referee Facundo Tello keċċa lil Alcaraz flimkien ma’ ħames players ta’ Boca, fosthom Dario Benedetto, sostitut mhux użat, u Carlos Zambrano, li kien ġie sostitwit aktar kmieni. Jonathan Galvan, sostitut mhux użat ta’ Racing, ġie muri wkoll il-karta ħamra.

Sebastian Villa ta’ Boca u Johan Carbonero ta’ Racing tkeċċew fil-95 minuta wara argument, filwaqt li Alan Varela ta’ Boca ġie muri t-tieni karta safra ħames minuti wara.

Aktar qabel, Norberto Briasco fetaħ l-iskor għal Boca qabel Matias Rojas ta’ Racing kiseb id-draw fl-ewwel taqsima.

L-Arġentin Tello ġie magħżul biex jikkontrolla logħbiet fit-Tazza tad-Dinja li se tibda fl-20 ta’ Novembru.

Ekonomija

Sport