Sunday, December 22, 2024

Finanzjament aċċessibbli għall-istudenti permezz tal-BOV Studies Plus+

Aqra wkoll

Il-BOV Studies Plus+ hija soluzzjoni ta’ finanzjament ideali għal kwalunkwe persuna li qed tfittex li tkompli bl-istudji tagħha sew f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Din l-iskema hija mfassla speċifikament biex tindirizza r-realtajiet tal-preżent. Permezz t’hekk, filwaqt li tħares lejn il-firxa wiesgħa ta’ alternattivi li huma disponibbli, tindirizza wkoll il-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi differenti ta’ min jasal biex jagħmel dan il-pass.

Li tissellef biex tiffinanzja kors akkademiku issa huwa aċċessibbli aktar minn qatt qabel. Dan għaliex il-BOV Studies Plus+ tinkludi rati ta’ imgħax attraenti, perjodu ta’ moratorju li jista’ jasal sa ħames snin, l-ebda kontribuzzjoni bil-quddiem, u lanqas rekwiżiti ta’ kollateral, fost benefiċċji oħrajn. 

Il-BOV Studies Plus+ tista’ sservi wkoll biex dak li jkun jikseb finanzjament sakemm jaslu fondi ta’ boroż ta’ studju, grants jew xi forma ta’ rimborżi oħra li individwu jkun qed jistenna. Barra mill-pagamenti għall-kors, il-finanzjament jista’ jintuża biex ikopri wkoll spejjeż oħra bħalma huma dawk ta’ akkommodazzjoni, spejjeż ta’ kuljum, jew dawk ta’ trasport meta wieħed ikun qed jistudja barra minn Malta. 

Diġà bbenefikaw mijiet ta’ studenti

“Illum il-ġurnata, aktar minn qatt qabel, il-bżonn ta’ tagħlim kontinwu huwa parti integrali minn kwalunkwe karriera,” qal is-Sur Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer tal-Bank of Valletta. “Il-BOV Studies Plus+ tirrikonoxxi din ir-realtà u tagħti l-appoġġ tagħha lil studenti u professjonisti ta’ kull età u li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja biex jirnexxu fil-karriera li dejjem xtaqu mingħajr ma jħallu l-ostakli marbuta ma’ finanzjament ifixklu l-ambizzjonijiet tagħhom.  Minn Ottubru 2019, il-Bank diġà għen aktar minn 350 student permezz ta’ €12,400,000 f’finanzjament taħt l-iskema tal-BOV Studies Plus+.” 

Minn mindu nieda il-BOV Studies Plus+, il-Bank of Valletta diġà għen mijiet ta’ studenti biex ikomplu l-istudji tagħhom f’firxa wiesgħa ta’ suġġetti, minn liġi u kummerċ sa avjazzjoni u xjenzi. Dan il-finanzjament huwa disponibbli għal studji li jwasslu għall-kwalifiki fil-livelli 5, 6, 7 jew 8 tal-MQF jew ċertifikati oħra rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. 

Is-Sur Farrugia sostna li l-impatt pożittiv ta’ din l-iskema jmur lil hinn minn dawk l-individwi li bbenefikaw direttament minnha. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Bank qed jagħti l-appoġġ tiegħu wkoll biex il-pajjiż jibni firxa usa ta’ talenti fost il-popolazzjoni, u b’hekk jinvesti fir-riżorsi umani. Dan jorbot mal-impenn tal-Bank lejn l-ESG, kif ukoll lejn il-valuri ewlenin imħaddna mill-Bank fosthom is-sostenibbiltà u l-appoġġ lejn il-klijenti. 

Il-BOV Studies Plus+ għandha l-appoġġ tal-Programm Operattiv II, ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mmexxi mill-Bank Malta tal-Iżvilupp (MDB). Hija tibbenefika mill-iskema ta’ garanzija tal-MDB. 


Tista’ ssib aktar informazzjoni hawn. Kulma trid tagħmel biex tapplika huwa li tagħmel appuntament ma’ Fergħa tal-BOV billi tibgħat emejl fuq [email protected].

Ekonomija

Sport