Fiorentina huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Real Madrid, Luka Jovic b’self.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena skorja darbtejn biss fi 38 dehra għal Los Blancos minn meta ngħaqad magħhom mingħand Eintracht Frankfurt fl-2019, iżda s-Serb għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu.
Jovic għamel sitt dehriet għat-team ta’ Carlo Ancelotti matul l-istaġun 2021-22 iżda għadu ma sabx ix-xibka u jista’ jħalli lill-Galcticos matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Fiorentina jridu jiffirmaw lill-attakkant b’self fil-bidu tas-sena d-dieħla, bil-Viola lesti li joffrulu football regolari.
Fiorentina jistgħu jkunu fis-suq għal sostitut għal Dusan Vlahovic, li huwa maħsub li huwa ammirat minn clubs bħal Tottenham Hotspur, Manchester City u Manchester United. Jovic ħareġ minn fuq il-bank tas-sostituti biex pprovda l-assist lil Karim Benzema fit-telfa ta’ 2-1 li Real Madrid sofrew kontra Espanyol qabel il-waqfa internazzjonali.