Tuesday, September 24, 2024

Fiorentina iridu lil Nicolo Zaniolo

Aqra wkoll

Fiorentina jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-winger internazzjonali Taljan Nicolo Zaniolo. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u kellu jħalli barra l-parteċipazzjoni tiegħu f’EURO 2024 minħabba li weġġa’.

Zaniolo hu proprjeta’ ta’ Galatasaray tat-Turkija għalkemm matul l-istaġun li għadu kemm għadda hu lagħab b’self ma’ Aston Villa.

Ironikament, Zaniolo beda l-karriera tiegħu fl-akkademja ta’ Fiorentina qabel ma’ ngħaqad ma’ Virtus Entella fejn hemmhekk kellu ċ-ċans jilgħab mal-kbar.

Il-kowċ il-ġdid ta’ Fiorentina Raffaele Palladino jogħġbu sew l-istil ta’ Zaniolo u jridu miegħu fit-tim tal-istaġun li ġej.

Sport