Minkejja li 7,000 mill-ultras bbojkottjaw il-logħba, xorta waħda kien hemm partitarji biżżejjed biex kantaw innijiet razzisti mmirati lejn il-players ta’ Juventus li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 liema partita kienet valida mill-Kampjonat Taljan.
Il-partitarji tal-Viola nfexxew f’dan il-kant bħala protesta minħabba li r-reġjun tat-Toscana kien qed jissielet kontra għargħar kbar li qatel seba’ persuni, ħalla mijiet bla dar u aktar maqtugħin mingħajr elettriku.
Kien hemm lakuni kbar fiż-żona fejn is-soltu jkunu qegħdin, iżda xorta waħda dik it-taqsima, il-Curva Fiesole, ingħatat sentenza sospiża għal sena wara li tliet plejers ta’ Juventus kienu mmirati b’kanti diskriminatorji.
L-aktar kant speċiiku kienu mmirati lejn l-eks player tagħhom, Dusan Vlahovic, li rritorna fi Stadio Franchi bħala avversarju u ġie milqugħ minn insulti razzisti ripetuti.
Ir-rapport mill-uffiċjali preżenti nnota wkoll li qabel il-kick-off, l-abbuż razzist kien immirat lejn Moise Kean u Weston McKennie.
Din hija biss sospensjoni parzjali tal-istadium għat-taqsima tal-Curva Fiesole u hija biss sentenza sospiża, biex tiġi attivata biss jekk ikun hemm aktar inċidenti matul is-sena d-dieħla.