Tuesday, September 24, 2024

Fiorentina jridu jiffirmaw lil Guglielmo Vicario

Aqra wkoll

Fiorentina jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-gowlkiper ta’ Empoli Guglielmo Vicario. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u ilu jgħasses il-lasti tat-tim mit-Toskana sa mis-sena 2021. Hu kien regolari fit-tim tal-istaġun li għadda bid-diriġenti Viola li issa jixtiequ jakkwistawh.

Fil-passat, Vicario lagħab ukoll ma’ Udinese, Cagliari, Venezia u Perugia.

Min-naħa tiegħu, Vicario jixtieq jagħmel din iċ-ċaqliqa għax jemmen li se jkun qed itejjeb il-livell tiegħu.

Sport