Fiorentina bagħtu xi skawts lejn il-Brażil sabiex jaraw aktar mill-viċin il-progress tal-attakkant ta’ 20 sena Giovane Santana do Nascimento. Dan il-plejer jilgħab ma’ Corinthians fil-Brażil stess u spikka kull meta ġie mogħti ċ-ċans mill-kowċ Vanderlei Luxemburgo.
Il-kowċ ta’ Fiorentina Vincenzo Italiano jogħġbu ħafna l-istil ta’ Giovane u ta parir sabiex dan ikun wieħed mill-akkwisti tal-klabb għall-istaġun li ġej.
Fiorentina jridu jibnu fuq it-tajjeb li tant għamlu fl-istaġun li għadda meta waslu fil-finali tal-Coppa Italia u l-UEFA Conference League.