Saturday, November 23, 2024

Fir-Renju Unit jistgħu jdumu jixorbu sa massimu ta’ sagħtejn

Aqra wkoll

Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, ħabbar li jistgħu jibdew jiftħu l-barijiet u r-restoranti fir-Renju Unit, il-poplu Brittaniku laqa’ dan il-messaġġ tant li ħonoqhom. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, numru ta’ lokalitajiet stabbilixxew regola li se tkun qed timpatta lil dawk kollha li jħobbu xi pinta jew tnejn. 

Id-direttiva tgħid li f’numru ta’ barijiet, in-nies ma tistax iddum aktar minn sagħtejn tixrob fl-istess bar. Barijiet oħrajn iddeċiedew li jibdew jieħdu r-riżervazzjonijiet b’ħin limitat ta’ bejn sagħtejn u tliet sigħat.

Dawn id-direttivi ddaħħlu fid-dawl tal-pandemija COVID-19 li fl-aħħar xhur ġabet għarkubbtejha lid-dinja.

Sport