Koppja Ingliża tinsab mixlija li wettqet forom differenti ta’ tortura fuq għadd ta’ tfal, fosthom li kienu jsakkru lit-tfal fil-cupboards, kienu jġegħluhom jinħaslu fil-misħun jagħli u li jieklu s-sapun minflok ma jipprovdulhom ikel diċenti kif ukoll li kkawżawlhom għadd ta’ feriti.
Andrew Hadwin u Cheryl Pickles, it-tnejn minn Bowburn, Durham, għaddew lil bosta tfal minn għadd ta’ abbużi li kawża tagħhom “Serqulhom l-innoċenza tat-tfulija u ħallewlhom impatt psikoloġiku negattiv li mistenni jibqa’ jaffettwahom ħażin matul ħajjithom”.
Il-Qorti ta’ Teesside Crown semgħet fid-dettall kif il-koppja kienu jċaħħdu lit-tfal mill-ikel u jitilquhom ifittxu t-tilqit tal-ikel, tant li jum fost l-oħrajn, fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, it-tfal dehru mexjin waħidhom lejn supermarket li kien jinsab erba’ mili ‘l bogħod mid-dar sabiex jiksbu xi ħaġa tal-ikel. Barra minn hekk, iż-żewġ individwi kienu jordnaw l-ikel għalihom it-tnejn u jittorturaw lit-tfal billi jħalluhom bil-ġuħ iħarsu lejhom it-tnejn jieklu l-ikel filwaqt li jġegħluhom joqogħdu bilwieqfa f’pożizzjonijiet skomdi għal tul ta’ ħin.
L-investigazzjoni dwar il-każ ta’ Hadwin u Pickles bdiet fl-2018 meta xi ħadd mit-tfal fetaħ qalbu ma’ persuna adulta dwar dan l-abbuż kontinwu. Il-Pulizija tal-lokal f’temp ta’ erba’ snin interrogaw iktar minn 150 persuna li raw dawn l-atti jseħħu quddiem għajnejhom, u mill-investigazzjonijiet li saru l-koppja ġiet mixlija li wettqet numru ta’ reati, fosthom li t-traskurat lit-tfal u li involvew lil uħud mit-tfal f’attività sesswali. Hadwin kien akkużat ukoll bi tliet każijiet ta’ stupru relatati ma’ abbuż ta’ tifla meta kienet għadha f’età tenera.
L-akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Hadwin instab ħati li wettaq tliet atti ta’ stupru, seven atti ta’ traskuraġni fuq it-tfal, filwaqt li ma nstabx ħati li kellu attività sesswali ma’ xi ħadd mit-tfal. Min-naħa l-oħra, Pickles instabet ħatja li wettqet ħames atti krudili fuq it-tfal però l-istess bħal Hardin ma nstabitx ħatja ta’ attività sesswali fuq it-tfal.
Is-sentenza mistennija tingħata fit-28 t’April li ġej. Sadanittant, il-koppja se tibqa’ fil-kustodja tal-Pulizija.