Friday, April 10, 2026

Fir-Renju Unit: Raġel jeħel il-ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment adoloxxenti ta’ 14-il sena fuq Roblox

Aqra wkoll

Carlo Titta uża l-app Roblox biex jibni l-relazzjoni mal-vittma tiegħu sakemm ħasset li setat tafdah. Wara, huwa ammetta sensiela ta’ reati sesswali fuq it-tfal u ngħata sentenza ta’ 28 xahar ħabs għar-reat tal-abbuż sesswali.

Tritta, li huwa minn Eastleigh, Hampshire, ammetta ħati għal reati inkluż li għamel stampi indiċenti ta’ tifel, li ħa sehem f’komunikazzjonijiet sesswali ma’ tfal, u li intimida xhud.

Kellu 18-il sena meta beda jibgħat messaġġi lit-tifla ta’ 14-il sena fuq l-app tal-logħob. Wara li mexa għal pjattaformi oħra kif ukoll Roblox, huwa mbagħad inkoraġġieha tibgħatlu stampi espliċiti.

Fi ftit żmien, l-abbuż evolva. Tritta beda jibgħat lit-tifla, rigali u ikel fid-dar tal-familja tagħha.

Wara sena, omm il-vittma saret inkwetata u rrappurtat lil Tritta lill-pulizija.

L-omm qalet lil Sky News “Lanqas biss nista’ nispjega kif ħassejtni, x’rajt fuq il-mowbajl ta’binti.”

Wara l-arrest tiegħu, kien ġie ordnat li ma jikkuntattjax lit-tfajla. Huwa baqa’ jikkuntattjaha minkejja l-ordni.

Tritta, issa ta’ 19-il sena, bagħat lill-vittma tiegħu kartolini li fihom in-numru tat-telefon il-ġdid tiegħu, għax it-telefon il-qadim tiegħu kien qed jinżamm mill-pulizija, u kkuntattja lill-ħbieb tagħha.

Huwa beda jirrikatta lill-vittma billi qalilha f’kartolina li bagħatilha li jekk il-każ kontrih jispiċċa l-qorti, it-tnejn li huma kienu se “jiġu mgħottija biex id-dinja tarahom.”

Tlett ijiem wara li ngħata sentenza sospiża, Tritta rritornat għand il-familja tal-vittma.

Huwa ġie arrestat mill-ġdid u ġie akkużat b’sensiela ta’ reati sesswali fuq it-tfal.

Waqt il-qorti l-għada, Tritta ammetta l-ħtija għal tliet akkużi ta’ forom differenti ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal, żewġ akkużi ta’ intimidazzjoni ta’ xhud, u ħsara kriminali.

Omm il-vittma titfa’ t-tort fuq Roblox għal dak li ġara, u tgħid li l-kumpanija “għandha tagħmel aktar” biex tipproteġi lit-tfal.

Kelliem għal Roblox jgħid “ma nistgħux nikkummentaw dwar dan il-każ speċifiku iżda naħdmu mill-qrib mal-infurzar tal-liġi biex nappoġġjaw l-investigazzjonijiet u se nieħdu azzjoni fejn jinstab ksur tat-Termini ta’ Servizz tagħna.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport