Il-katavru ta’ Thomas Niven ta’ 37 sena nstab f’kontenitur tar-roti nhar il-Ġimgħa ġewwa park fir-Renju Unit.
Nhar l-Erbgħa filgħaxija, il-Pulizija ta’ West Midlands qalet li Tammy Sturdy, ta’ 45 sena, Camron Sturdy, ta’ 21 sena u Shane Turkington, ta’ 37 sena, kienu kollha akkużati bil-qtil ta’ Niven.
It-tlieta suspettati, li huma kollha minn Coventry, inżammu taħt kustodja. Huma mistennija jidhru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Coventry nhar il-Ħamis filgħodu.
Fi stqarrija maħruġa qabel mill-pulizija, il-familja tas-Sur Niven qalet li kienu “xxukkjati u diżappuntati” bil-mewt tiegħu. Żiedu jgħidu: “Huwa kien pilastru ta’ saħħa għalina lkoll.”
Il-pulizija ħeġġet lil kull min għandu informazzjoni li jista’ jgħin fl-investigazzjoni biex jikkuntattjahom.

