Raġel fir-Renju Unit ġie akkużat li seraq madwar 200,000 bajda tal-Għid tad-ditta Cadbury Creme Eggs. Hu ammetta mill-ewwel akkużi kontrih.
Kien fl-aħħar jiem meta ġie nnutat li fil-park industrijali ta’ Telford fiċ-ċentru tar-Renju Unit kien hemm fabbrika li sofriet serqa kbira.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li Joby Pool ta’ 32 sena daħal minn waħda mill-gradi tal-fabbrika bil-lejl, għabba trakk bajd tal-Għid li telaq bih.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-highway u kien qed isuq b’veloċità kbira biex ma jinqabadx mill-pulizija.
Il-pulizija qalu Pool kien ippjana tajjeb ħafna din is-serqa però s’issa għadu ma qalilhomx x’kien se jagħmel bil-bajd tal-Għid li seraq. Għalkemm ħafna huma tal-fehma li dawn kienu se jinbiegħu, minħabba l-kwantità kbira ta’ bajd li serq kien diffiċli ferm biex ma jinqabatx.