Thursday, December 26, 2024

Fir-Russja: Jabbuża b’mod krudili mis-sieħba tqila u jxandar il-filmati fuq YouTube

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum saret prattika għal diversis persuni li jużaw il-YouTube biex ixandru filmati li huma jkunu ħadu f’darhom. Hemm  oħrajn li jkollhom udjenzi u li dawn juruhom sitwazzjoni li jkunu qed jiġru fid-dar jew f’xi post ieħor.

Każ li ħasad lil ħafna kien jinkludi YouTuber Russu. Hu kien ixandar filmati tat-tfajla tiegħu li kienet tqila. Jidher li hu kien iwettaq abbużi krudili fuqha u wara li jiffilmjaha ixandar dak l-istess filmat ma’ dawk li jkunu qed isegwuh.

Stas Reeflay, allegatament kien iwettaq dawn l-atti krudili fuq Valentina Grrigoryeva. F’wieħed mill-filmati, hu ġegħelha toħroġ fil-gallarija f’temperatura taħt iz-zero. Hi kienet liebsa biss il-ħwejjeġ ta’ taħt. 

Qed jirriżulta li Reeflay li għandu 30 sena kien imħallas $1,000 minn wieħed mis-segwaċi tiegħu biex iwettaq abbuż fuqha. 

Valentina ta’ 28 sena, li kienet fl-aħħar parti tat-tqala mietet minħabba ipotermja  Fil-filmat, Valentina tidher kważi mejta. Hu deher iġorrha l-ġewwa u instema’ jgħid ‘Valya, inti ħajja? Xi ġralek?”. Fil-filmat jidher jippruvalha l-polz. 

Idur fuq is-segwaċi u jgħidilhom “m’għandhiex polz. Mhix tieħu nifs”.  Il-kamera baqgħet mixgħula sakemm wasslu l-paramediċi u ddikjarawha mejta.

Ekonomija

Sport