Wednesday, December 25, 2024

Fis-7 ta’ Settembru se tiżviluppa maltempata qalila?

Aqra wkoll

Għalkemm għadu kmieni wisq biex jgħid eżatt x’se jiġri fis-7 ta’ Settembru jew fil-ġranet qrib il-festa tal-Vittorja, hemm mapep li qed juru li se tkun qiegħda tinħoloq pressjoni baxxa fil-Lbiċ tal-Mediterran li tista’ tikkawża maltempata qalila.

Gordon Grech mis-sit l-Aġġornament tat-Temp jgħid li l-mapep qegħdin juru li din il-maltempata se tkun qiegħda tintensifika fil-Lbiċ tal-Mediterran.

Grech dwar is-sitwazzjoni preżenti jikteb li n-nuqqas ta’ riħ fl-għoli tal-atmosfera, arja xotta u temperatura għolja tal-baħar jagħmilha faċli biex wieħed ibassar it-temp u fuq it-teorija li għax se tinżel pressjoni baxxa fuq l-Italja, l-arja kiesha se ġġib magħha l-maltemp.

Hu jkompli jgħid li wieħed iżda ma jridx jinsa li l-anti-ċiklun Afrikan jaf ikun strumentali biex iżomm il-maltemp milli jidħol fil-Mediterran. “Jiġri bil-kontra jekk in-nuqqas ta’ riħ jgħin biex tifforma building cloud fil-Mediterran jew pressjoni baxxa fil-Lbiċ tal-gżejjer Maltin.”

Jgħid li s’issa żgur li fil-Lbiċ ma huwa qiegħed jifforma l-ebda maltemp. “L-unika maltemp li fforma din il-ġimgħa kien ikkawżat minn arja friska li niżlet min-naħa ta’ fuq tal-Ewropa li fforma sħab li minnu ntlaqtet biss żona żgħira ta’ Malta. Perào l-ammont li niżel kien medja ta’ 18mm xita. Dan ifisser li jekk jinħoloq dan it-tip ta’ temp se jkun b’saħħtu.

Intant it-temp fil-jiem li ġejjin se jkun it-Tnejn ftit imsaħħab b’riħ Majjistral Forza 3 għal 4. It-Tlieta se jibqa’ imsaħħab li jissaħħab ħafna b’riħ varju. L-Erbgħa imsaħħab li jissaħħab ħafna b’xi xita lokaliżżata. Ir-riħ ikun ħafif u varju. I

Il-Ħamis imbgħad b’xita lokalizzata f’xi postijiet sa kmieni filgħodu li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar. Ir-riħ ikun forza 3 mill-Grigal.

Tmiem il-ġimgħa li ġej naraw li nhar il-Ġimgħa t-temp se jkun xemxi b’riħ forza 3 għal 2 mill-Punent Majjistru filwaqt li s-Sibt ir-riħ idur Majjistral forza 3 għal 4. Il-Ħadd imbgħad ikun imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar b’ruħ forza 3 mill-Punent Majjistru.

Ekonomija

Sport