Sunday, December 29, 2024

Fis-sena 2023 kien hemm 2250 rapport ta’ abbuż tat-tfal

Aqra wkoll

Il-każi ta’ abbużi tat-tfal f’pajjiżna jidher li qegħdin jiżdiedu, b’uħud minnhom jispiċċaw anke l-Qorti

Minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon ħareġ li fl-2023, id-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Minorenni, irċieva mal-2250 rapport, b’115 -il każ li spiċċaw quddiem il-Qorti. 

Fl-2022 daħlu 2128 rapport, li  minnhom 260 -il każ biss spiċċaw il-Qorti. Is-sena ta’qabel, jiġifieri fl-2021, id-Direttorat irċieva 1844 rapport, b’139 każ li spiċċaw il-Qorti. 

Ekonomija

Sport