Saturday, October 26, 2024

Fis-sigħat li ġejjin mistennija ssir l-awtopsja biex jiġi identifikat il-katavru li nstab f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Il-ħidma tal-Pulizija u l-esperti tal-Qorti li bdiet il-Ħamis filgħaxija kompliet bil-għan li fi ftit ġranet ikunu jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-katavru li nstab f’għalqa f’Birżebbuġa.

Il-katavru nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni u jidher li kien ilu għal diversi jiem taħt siġra fl-inħawi fejn instab. Kienet telefonata anonima li saret fl-għassa taż-Żejtun li infurmat lill-Pulizija bis-sejba.

Intant skont rapporti fil-midja lokali jidher li fis-sigħat li ġejjin mistennija jsiru l-awtopsja kif ukoll testijiet tad-DNA biex ikun identifikat il-katavru.

L-aħħar ritratt li l-Pulizija xerrdet f’appell biex jinstab Karmenu Fino

Minkejja li għad m’hemm xejn konfermat, il-Pulizija mhix teskludi li l-katavru jista’ jkun ta’ wieħed miż-żewġt anzjani li kienu rrappurtati neqsin fl-aħħar jiem fosthom dak ta’ Karmenu Fino – ir-raġel li ħareġ mir-residenza ta’ San Vinċenz.

Sport