Fis-Sirja nqalgħu protesti dwar il-ħruq ta’ siġra tal-Milied, li wasslu biex l-awtoritajiet Iżlamiċi l-ġodda jieħdu passi biex jipproteġu l-minoranzi.
F’filmat li xxandar fuq il-midja soċjali wera s-siġra qed tinħaraq fil-pjazza ewlenija tas-Suqaylabiyah, belt b’maġġoranza Kristjana fiċ-ċentru tas-Sirja
Midja internazzjonali rrapurtat li l-ġellieda barranin ġew arrestati minħabba l-inċident.Eluf ta’ dimostranti niżlu fit-toroq madwar il-pajjiż – minn Damasku u Suqaylabiyah fil-provinċja ta’ Hama.