Saturday, December 21, 2024

Fit-Tajlandja: Aktar minn 20 tifel u tifla maħsuba mejta wara ħabta b’karozza tal-linja

Aqra wkoll

Xarabank li ġġorr għexieren ta’ tfal tal-iskola primarja ħabtet u ħadet in-nar ftit barra l-kapitali Tajlandiża Bangkok. Huwa maħsub li madwar sittax-il tifel u tliet għalliema rnexxielhom jsalvaw, filwaqt li hemm madwar għoxrin ifel u tifla maħsuba mejta. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru tat-Trasport tal-pajjiż.

Bosta ritratti li xxandru fuq il-midja soċjali, juru l- karozza tal-linja kompletament meqruda min-nirien. Midja lokali rrapurtat li l-investigaturi ma setgħux jidħlu fil-vettura minħabba s-sħana.

Ġie spjegat kif ix-xarabank kienet waħda minn tlieta li kienu qed iġorru tfal u għalliema li kienu qed jirritornaw minn vjaġġ tal-iskola fil-provinċja tat-Tramuntana ta’ Uthai Thani.Il-Ministru tat-Trasport Suriyahe Juangroongruangkit qal li x-xarabank kienet taħdem bil-gass naturali .

F’kumment li ta lil ġurnalist fuq il-post, Suriyahe qal; “Il-ministeru għandu jsib miżura… jekk possibbli, biex vetturi tal-passiġġieri bħal din jiġu pprojbiti milli jużaw dan it-tip ta’ fjuwil minħabba li huwa riskjuż”. Intant, il-Prim Ministru tat-Tajlandja, ordna lill-Ministri biex iżuru l-post.

Bħala oajjiż, it-Tajlandja huwa wieħed mill-agħar rekords tas-sikurezza fit-toroq fid-dinja, b’vetturi mhux sikuri u sewqan ħażin li jikkontribwixxu għall-għadd ta’ mwiet annwali għoli.

Ekonomija

Sport