Saturday, December 21, 2024

Fit-Tajlandja: Tifel jieħu n-nar … kien qed jaħsel idejh b’sanitizer u jilgħab b’lighter

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum tista’ tgħid li daħal f’moħħ kulħadd l-bżonn li wieħed jaħseb idejh tajjeb bis-sanitizers. Dan bħala prevenzjoni għal Covid-19. Biss, il-kwistjoni tas-sanitizers, wasslet għal każ serjissimu fit-Tajlandja. Dan hekk kif tifel dilek idejh kollha bis-sanitizer u ftit wara beda jilgħab b’lighter. Hu spiċċa ħa n-nar.

It-tifel Captain Chuenbubpha u ħuħ il-kbir Nonoe ta’ ħames snin, kienu qed jippreparaw biex imorru lejn l-iskola. Huma kienu fid-dar tagħhom f’Samut Prakan.

Captain Chuenbubpha, mesaħ idejħ kollha u anke tefa’ sanitizer fuq l-uniformi. L-istess għamel ħuħ. Huma wara bdew jilgħabu b’lighter li huma kienu ħadu minn kexxun mill-kamra tal-ġenituri tagħhom. 

Fi ftit sekondi CaptanChuenbubpha ħa n-nar.

Zijuhom, li kien qed jieħu l-kolazzjon isfel tela’ mill-ewwel minn isfel meta sema’ lit-tfal iwerżqu. Zijuhom jidher li għall-ewwel ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel. Hu iżda irnexxielu iwaqqaf in-nar b’idejh. 

It-tifel spiċċa bi ġrieħi ma ġismu kollha. It-tifel ittieħed b’ambulanza fl-isptar u jidher li irkupra tajjeb.

Ekonomija

Sport