Thursday, December 26, 2024

Fit-tielet kwart tal-2023 l-iktar lukandi popolari mat-turisti kienu dawk t’erbat istilel

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, xejn inqas minn 630,000 persuna qagħdu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva u l-maġġorparti tagħhom għażlu lukandi ta’ erba stilel.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika juru tisħiħ qawwi fis-settur fejn jirriżulta wkoll li l-għadd sħiħ ta’ ljieli laħaq it-3,242,318. Dan ifisser żieda ta’ 10.5% fuq l-istess żmien tas-senta ta’ qabel.

Fit-tielet kwart tal-2023, il-biċċa l-kbira tal-iljieli kienu f’lukandi ta’ erba’ stilel. Dan l-ammont huwa ta’ 48.9% tat-total. Mentri, it-tul medju li qattgħu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva fl-2023 niżel għal 4.9 iljieli meta mqabbel maċ-ċifra rreġistrata matul l-istess kwart tal-2022.

Fuq livell nazzjonali, matul Settembru tal-2023, kien hemm 284 stabbiliment attiv ta’ akkomodazzjoni kollettiva b’kapaċità netta ta’ 20,129 kamra tas-sodda u 45,861 sodda.

L-istess ċifri wrew ukoll li t-total tal-persuni li żaru f’Għawdex u Kemmuna, kif ukoll l-iljieli li damu, żdied bi 30.8 fil-mija biex laħqu total ta’ 38,839.

Ekonomija

Sport