Adolfo Macías Villamar magħruf bħala “Fito” ġie estradit mill-Ekwador lejn l-Istati Uniti biex hemm jiffaċċja akkużai ta’ traffikar tad-droga u anke traffikar tal-armi.
“Fito” hu l-mexxej ta’ grupp kriminali li jopera mill-Ekwador liema grupp hu meqjus bħala wieħed f’saħħtu ħafna.
Villamar kien ġie arrestat mill-ġdid f’Ġunju li għadda hekk kif is-sena li għaddiet waqt li kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ 34 sena ħabs, irnexxielu jaħrab mill-istess ħabs.
L-avukati tiegħu f’kummenti li taw lill-midja internazzjonali qalu li fis-sigħat li ġejjin hu se jkun qiegħed jidher quddiem qorti Federali fl-Istati Uniti fejn fost l-oħrajn se jkun qiegħed jiġi akkużat bi traffikat ta’ droga u anke armi.
Macías Villamar kien il-mexxejj tal-grupp kriminali bl-isem ta’ “Los Choneros” li kellu konnessjonijiet qawwija ma’ gruppi kriminali oħrajn fil-Messiku u anke pajjiżi fil-Balkani.
Jingħad li kien hu li fl-2023 kien ordna l-qtil ta’ Fernando Villavicencioli kien kandidat Presidenzjali fl-Ekwador.