Minn Kenneth Vella
L-aktar tiġrija mistennija li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-Marsa kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m. Din għamlet parti mis-sbatax -il laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott u intrebħet mill-Franċiż Fitzy De Vive mijsuq minn Laura Frendo.
Erbatax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Fitzy de Vive (Laura Frendo) kien fost l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq. Wara ftit metri dan ħa l-kmand u fetaħ vantaġġ żgħir minn Franky Satyne (Marius Mizzi) u Carbonfiber (Jesmar Gafa’). Fitzy De Vive baqa’ jżomm l-ewwel post sal-linja finali u ttrijonfa bi tliet tulijiet minn Hana AM (Justin Attard) u Franky Satyne (Marius Mizzi). Eveil Du Lupin (Noel Baldacchino) daħal warajhom f’dik l-ordni.

Għal Fitzy De Vive din kienet l-ewwel rebħa f’Malta u waslet f’medja ta’ 1.15.6” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) Ħin – 2. Fiston D’Haufor (R. Magro) 3. Flexy Vert (P. Galea) 4. Invictus Boy (C. Vassallo)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Islande Elde (N. Baldacchino) Ħin – 4.02.8” (1.17.3”) 2. Genie Lulu (P. Galea) 3. Exil D’Erable (J. Scerri) 4. Half Tege (P. Spiteri)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Oyess LJ (R. Gatt) Ħin – 4.04.6” (1.17.9”) 2. Imperial Gamer (N. Baldacchino) 3. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) 4. Il Conto (C. Vassallo)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Oh Ah Kennedy (C. Camilleri) Ħin – 4.05.2” (1.18.1”) 2. Ideal Pierji (J. Gafa’) 3. Emissoro (R. Schembri) 4. Hardi De Bussiere (O. Barun)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Haquitin (P. Galea) Ħin – 4.04.3” (1.17.8”) 2. Ianthin G.C. (R. Gatt) 3. Hilodor (A. Farrugia) 4. Fast And Good (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Embleme Castelets (K. Axisa) Ħin – 4.00.8” (1.16.7”) 2. Durfan (J.C. Pace) 3. Alinea (C. Vassallo) 4. Gibus De Navary (M. Borg)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Fitzy De Vive (L. Frendo) Ħin – 3.57.4” (1.15.6”) 2. Hana AM (J. Attard) 3. Franky Satyne (M. Mizzi) 4. Eveil Du Lupin (N. Baldacchino)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Hoquey Demarlotte (R. Gatt) Ħin – 4.02.7” (1.17.3”) 2. Everest Dodville (K. Grima) 3. Vasterbo Cobber (Ch. Camilleri) 4. Giant Space (M. Fenech)