Illum, f’Jum il-Vitorja f’Malta, niċċelebraw ir-reżiljenza, il-kuraġġ, u l-għaqda – valuri li għandhom għeruq fondi fl-istorja tan-nazzjon tagħna. F’dan il-jum speċjali, bħala parti mill-Proġett ULead – TIPS4UA, kellna l-unur li nilqgħu delegazzjoni distinta ta’ sindki u esperti tekniċi Ukreni.
Dan qalitu l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn spjegaw li ingħatat merħba mill-Emerita Marie-Louise Coleiro Preca, li qasmet il-firxa wiesgħa ta’ servizzi u inizjattivi tal-Fondazzjoni Malta Trust.
L-Assoċċjazzjoni tenniet li dan kollu jenfasizza fuq l-importanza tas-solidarjetà bejn in-nazzjonijiet — it-tagħlim minn xulxin, appoġġ lil komunitajiet, u jibnu futur ibbażat fuq il-paċi u l-kollaborazzjoni.