Saturday, December 21, 2024

F’jumejn imutu 9 xadini f’żoo f’Hong Kong

Aqra wkoll

Iż-żoo ta’ Hong Kong fetaħ investigazzjoni wara li f’jumejn mietu 9 xadini. 8 minnhom instabu mejtin nhar il-Ħadd li għadda filwaqt li xadina oħra nstabet mejta nhar it-Tnejn.

Uffiċjali taż-żoo qalu li kienu qegħdin jinnotaw lix-xadini b’imġieba mhux bħal tas-soltu fl-aħħar jiem.

Parti miż-żona fejn instabu mejtin ix-xadini ngħalqet għal pubbliku biex l-esperti jkunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom. Waħda mix-xadini hija tar-razza De Brazza li hija fil-lista tal-annimali li jistgħu jispiċċaw jeżistu fid-dinja.

Hemm suspetti li dawn ix-xadini mietu minħabba l-monkeypox li jista’ jkun inxterdet fiż-żoo. Jason Baker, Uffiċjali għoli tad-drittijiet tal-annimali PETA fl-Asja qal li dawn l-imwiet għandhom jiġu jinvestigati fid-dettall biex ma jmutux aktar annimali.

Ekonomija

Sport