Żagħżugħ ta’ 17-il sena li kien qiegħed f’parkeġġ ta’ supermarket, sab basket aħdar u ċċekkja ta’ min kien ħalli jirritornah lura. Huwa sab li kien ta’ waħda mara, għalhekk fittex l-indirizz u mar id-dar tagħha.
Meta wasal, il-mara ma kinitx id-dar iżda kien hemm persuni oħra li joqogħdu magħha għalhekk ħallieh magħhom. Kif il-mara waslet lura d-dar u sħabha qalulha b’dak li ġara, riedet tara is-CCTV biex tara min kien dan iż-żagħżugħ ta’ qalb tajba.
Malli rat lil dan iż-żagħżugħ ta’ età żgħira ddeċidiet li tipprova ssibu għalhekk tellgħet ritratt tiegħu fuq il-midja soċjali fejn spjegat dak li għamel iż-żagħżugħ magħha. Ftit wara rnexxielha ssibu.
“Ommi dejjem għallmitni biex nagħmel affarijiet tajbin u onestament ma stennejt xejn lura. Jekk nitlef xi ħaġa jien inkun nixtieq li jirritornaw l-oġġett lura” Qal iż-żagħżugħ.
Il-mara ddeċidiet li torganizza kampanja sabiex jippremjaw l-onestà ta’ dan iż-żagħżugħ. Huwa rċieva premju kbir mingħand numru ta’ nies li lanqas biss kien jafhom. Is-somma totali kienet ta’ $17,000.
“Żgur li l-ġenituri kollha jkunu jixtiequ li jkollhom lil uliedhom onesti bħal dan iż-żagħżugħ tassew ġentili” Qalet il-mara waqt intervista.